Posts

Showing posts from March, 2022

Siti ta' Interess ġo Għawdex

Image
 Għawdex hija gżira f'nofs il-baħar meditterran, fejn il-popolazzjoni hija dik ta' madwar 33,000 elf. It-turistti kif ukoll mal-maltin li jżuru Għawdex jkollhom entużjażmu sabiex jibdew iduru l-gżira għawdxija. L-ewwel post li persuna għandu jmur hija bla dubju iċ-Ċitadella li tinsab ġewwa ir-Rabat. Il-meravilja li tara meta titla iċ-Citadella hija esperjenza indeskrivibbli. Minn fuqa tista tara l-kumplament ta' Għawdex u kif ukoll il-kobor li jokkuppa dan il-post. Kif tkun hemm, tista tmur ukoll sal-mużew tal-folklor, fejn tista tgawdi kostumi tradizzjonali u xogħlijiet li saru fil-gżira Għawdxija stess. It-tempji tal-Ġgantija huwa wkoll post li persuna għandha żżur meta tkun fil-gżira Għawdxija. Fit-tempji tal-ġgantija ssib ħafna varjeta ta' arkeoloġija differenti bħal għandam ta' l-annimali u ġebel antik li tpoġġa hemmhekk fi żminijiet qabel Kristu. Post ieħor li tista tgawdi speċjalment fis-sajf hija l-bajja ta' Marsalforn. Għal għuma tajba fis-sajf, dan il-...

Jirritorna l-kampjonat tal-Formula 1

Image
 Wara nuqqas ta erba' xhur, ser jerġa jirritorna l-kampjonat tal Formula 1 bl-ewwel tellieqa se ssir ġewwa l-Bahrain. L-aħħar tellieqa mill-kampjonat tal-2021 spiċċat b'kontroversja sħiħa meta Max Verstappen rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu wara li qabeż lil Sir Lewis Hamilton fl-aħħar mumenti ta' tellieqa. Ta' min jinnota ukoll li għal l-ewwel darba fit-tellieqa, se jikkompetti fiha sewwieq Ċiniz u kif ukoll iktar veterani li ilhom nieqsin mix-xena tal-Formula 1 għal ħafna snin. Is-sewwieq Nikita Mazepin li huwa ta' dixxindenza Russa ser jitħalla jikkompetti fit-tlielaq ta' din is-sena b'kundizzjoni li ma jirrapreżentax f'isem ir-Russja, minħabba il-gwerra kurrenti li għaddejja issa ġewwa l-Ukrajna. Għal darb'oħra, il-favoriti għar-rebħ ta' titlu huma Max Verstappen u Sir Lewis Hamilton , fejn bla dubju l-ispettaturi akkaniti tal-karozzi qiegħdin jistennaw din it-tellieqa b'entużjażmu liema bħalu.

It-tielet edizzjoni tal Malta BOV E Premier League

Image
It-tielet edizzjoni tal- Malta Bov E Premier League reġgħet magħna fejn 12 il-plejer se jkunu qiegħdin jikkompettu għal l-ogħla unur fl-E sports lokali. Wara li l-aħħar zewġ edizzjonijiet kienu mrebħa mill-plejer ta' Santa Lucia Christian Spiteri, din is-sena se jkollna rebbieħ gdid wara li l-istess plejer iddeċieda li jirtira mil-livell kompetittiv. B'hekk , uffiċjalment ser ikollna rebbieħ ġdid fl-edizzjoni ta' din is-sena. Il-plejers konfermati se jirrapreżentaw lill-dawn il klabbs rispettivament: Santa lucia Fc- Gianluca Sant Floriana FC- Owen Galea Hibernians Fc- Glenn Camilleri Balzan Fc- Miguel Grima Sirens Fc- Salvatore Assennato Gudja United- Kursten Sciberras  Hamrun Spartans - Matthias Farrugia Birkirkara Fc- Kyle Calleja Sliema Wanderers- Luke Bartolo Mosta Fc- Matteo Vella Valletta Fc- Ryan Cauchi Gzira United- Duane Mercieca Fl-edizzjoni ta' din is-sena, se jiddebuttaw sitt plejers ġodda fejn bla dubju ser jkunu qiegħdin jagħtu kompetizzjoni ta' livell...