Jirritorna l-kampjonat tal-Formula 1
Wara nuqqas ta erba' xhur, ser jerġa jirritorna l-kampjonat tal Formula 1 bl-ewwel tellieqa se ssir ġewwa l-Bahrain. L-aħħar tellieqa mill-kampjonat tal-2021 spiċċat b'kontroversja sħiħa meta Max Verstappen rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu wara li qabeż lil Sir Lewis Hamilton fl-aħħar mumenti ta' tellieqa.
Ta' min jinnota ukoll li għal l-ewwel darba fit-tellieqa, se jikkompetti fiha sewwieq Ċiniz u kif ukoll iktar veterani li ilhom nieqsin mix-xena tal-Formula 1 għal ħafna snin.
Is-sewwieq Nikita Mazepin li huwa ta' dixxindenza Russa ser jitħalla jikkompetti fit-tlielaq ta' din is-sena b'kundizzjoni li ma jirrapreżentax f'isem ir-Russja, minħabba il-gwerra kurrenti li għaddejja issa ġewwa l-Ukrajna.
Għal darb'oħra, il-favoriti għar-rebħ ta' titlu huma Max Verstappen u Sir Lewis Hamilton , fejn bla dubju l-ispettaturi akkaniti tal-karozzi qiegħdin jistennaw din it-tellieqa b'entużjażmu liema bħalu.
Comments
Post a Comment