Siti ta' Interess ġo Għawdex
Għawdex hija gżira f'nofs il-baħar meditterran, fejn il-popolazzjoni hija dik ta' madwar 33,000 elf. It-turistti kif ukoll mal-maltin li jżuru Għawdex jkollhom entużjażmu sabiex jibdew iduru l-gżira għawdxija. L-ewwel post li persuna għandu jmur hija bla dubju iċ-Ċitadella li tinsab ġewwa ir-Rabat. Il-meravilja li tara meta titla iċ-Citadella hija esperjenza indeskrivibbli.
Minn fuqa tista tara l-kumplament ta' Għawdex u kif ukoll il-kobor li jokkuppa dan il-post. Kif tkun hemm, tista tmur ukoll sal-mużew tal-folklor, fejn tista tgawdi kostumi tradizzjonali u xogħlijiet li saru fil-gżira Għawdxija stess. It-tempji tal-Ġgantija huwa wkoll post li persuna għandha żżur meta tkun fil-gżira Għawdxija.
Fit-tempji tal-ġgantija ssib ħafna varjeta ta' arkeoloġija differenti bħal għandam ta' l-annimali u ġebel antik li tpoġġa hemmhekk fi żminijiet qabel Kristu. Post ieħor li tista tgawdi speċjalment fis-sajf hija l-bajja ta' Marsalforn. Għal għuma tajba fis-sajf, dan il-post huwa wieħed mill-iktar postijiet li turist jew Malti jmur sabiex jiffriska naqa fl-eqqel ta' sħana. Bajja oħra li dak li jkun għandu jżur meta jkun ijad vaganza f'għawdex hija bla dubju ir-Ramla l-Hamra, fejn tista tgawdi l-meravilja tal-kulur tar-ramel u l isbuħija li hemm mal madwar ta ' din il-bajja tant għal qalb l-Għawdxin.


Comments
Post a Comment