Min huma it-timijiet rebbieħa fil-kampjonati tal-futbol Ewropew?
Ftit tal-ġimgħat ijlu spiċċaw il-kampjonati tal-futbol Ewropew fosthom il-kampjonat Malti. Mill-bidu tal-istaġun, it-timijiet favoriti għar rebħ tal-kampjonat kienu Ħamrun Spartans, Ħibernians Fc u Floriana Fc. Wara l-akkwisti li saru fis-suq tat-transferimenti fis-sajf minn dawn it-timijiet, it-tellieqa dehret biċ-car li dan il-kampjonat kien se jkun bejn daw it tliet timijiet. Tul il-kampjonat, Ħamrun Spartans kienu inkonsisstenti ħafna matul l-istaġun, fejn anka saħansitra tilfu ammont sostanzjali ta' logħob waqt il-fażi ħażina li għaddew minnha. It taqtiegħa finali kienet bejn it-timijiet ta' Hibernians Fc u Floriana Fc fejn id-distakk ta' punti bejniethom kien viċin ħafna li ir-rebħ tal-kampjonat gie deċisiv fl-aħħar partita tal-kampjonat. Il-qawwa ta' tim Pawlist ħareġ fl-iktar mumenti mportanti, fejn fl-aħħar partiti , il-Pawlisti qabdu forma li eventwalment waslithom għar-rebħ tal-kampjonat Malti.
Il-kampjonat Premier League Ingliż kellhu wkoll andament simili tal-kampjonat Malti. L-iktar timijiet b'saħħithom għal dan l-istaġun kienu Manchester City, Liverpool Fc, Chelsea Fc u Manchester United. Manchester United ixxukjaw id-dinja meta fl-aħħar ġranet ta' suq ta' transfermenti ħabbru l-akkwist ta' Cristiano Ronaldo mingħand Juventus. It-timijiet l-oħra wkoll għamlu akkwissti mportanti fosthom Romelu Lukaku li ingħaqad ma' Chelsea għas-somma ta' 100m sterlina, Jack Grealish ma' Manchester City għall-istess somma ta 100m sterlina u Ibrahima Konate ma' Liverpool għas-somma ta' 50m sterlina . Matul l-istaġun Ir-Red Devils u tim ta' Chelsea għaddew minn perjodi diffċli fejn nieżlu bejn ir-raba' u seba' post. Manchester City u Liverpool Fc kienu l-iktar żewġ timijiet konsisstenti li dan wera biċ-ċar meta Manchester City dawru l-aħħar logħba tagħhom minn telfa għar-rebħa li wassalhom għar-rebħ ta tmien kampjonat.


Comments
Post a Comment